Budget 2024 Lokali

Il-Ministru Farrugia Portelli ma tweġibx dwar kif kienet tuża l-€400 miljun

Mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f’kuntratti frawdolenti.

€2 miljuni biss għas-settur tal-volontarjat.

Dik hija differenza ta’ kif qed jalloka l-flus il-Gvern ta’ Robert Abela.

Miljuni ta ewro mit-taxxi taċ-ċittadini li setgħu intużaw sabiex isiru ħafna iktar inizzjattivi fis-settur tal-volontarjat.

Fatt li l-Ministru għall-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli, qed tibqa ma tammettix.

Mhux talli hekk talli qed tgħid li l-anzjani u min kellu bżonn l-għajnuna ħadha xorta waħda.

Meta mill-ġdid staqsejniha għal ammont ta’ kemm kien jiġu kreatti inizjattivi ġodda kiku l-ammont ta’ 400 miljun ewro ma’ inatgħux lil Vitals u Steward f’kuntratti frawdalenti, il-Ministru baqghet ma weġbitx.

U minkejja l-kriżi preżenti tas-saħħa kemm f’Malta u kemm f’FGħawdex. Fejn kuljum toħroġ iżjed evidenti il-bżonn ta’ Sptar ġdid f’ Għawdex u l-bżonn ta’ Sptar gdid tas-saħħa mentali.

Il-Ministru baqgħet tinsisti li s-servizz tas-saħħa kulħadd ħadu b’mod eċċellenti, dan minkejja li fin-nuqqas ta’ Sptar San Luqa jiffunzjona…kif kien imwiegħed mir-real deal, illum għandna Sptar Mater Dei għarkupptejh…bi pressjoni esaġerata fuq il-ħaddiema…u pazjenti rikoverati fil-liberirija u l-canteen tal-isptar – f’livelli taħt l-art mingħajr tieqa, dawl naturali, jew privatezza. B’nuqqas ta’ postijiet fejn jieħdu doċċa suret in-nies jew tal-inqas toilet adegwat.

Iżda filwaqt li attakkat lill-ġurnalista ta’ Net News għax kienet qed tgħamlilha domandi leġittimi li ma bdietx twieġeb għalihom…hija stednitna nistaqsu lil dawk kollha li ħadu xi tip ta’ servizz mit-tlett sptarijiet fl-aħħar snin.