Lokali

Persuni single ta’ bejn 25 u 30 sena ma jaffordjawx 95% tal-proprjetà

Persuni li għandhom bejn il-25 u 30 sena li mhux qedin f’relazzjoni u jaqilgħu paga bazika, ma jaffordjawx 95% tal-propjetajiet li hawn fis-suq.

Waqt li persuni li qedin f’relazzjoni u jaħdmu impjieg bażiku xorta ma jaffordjawx jixtru 60% tal-propjeta fis-suq.

Dan ħareġ minn studju li sar mill-kumpanija KPMG, studju li ġie preżentat waqt konferenza li għaliha attendew bosta esperti fl-industrija tal-kostruzzjoni fosthom il-President tal-Kamra tal-Periti Andre Pizzuto, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tal-Housing kif ukoll Alfred Sant.

Kulħadd kelma waħda li l-policies tal-ippjanar misshom inbdilu żmien ilu, hekk fl-aħħar 10 snin ix-xenarju tal-pajjiż inbiddel ferm, pero xorta waħda għadna bi pjanijiet u gwidi tal-bini li ilhom ma jinbidlu diċenji.

Minn naħa tiegħu Il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Authority qal lis-settur tal-kostruzzjoni hemm bżonn li jibda jirrifleti id-domanda tas-suq, dan hekk kif minkejja li l-maġġornaza tan-nies li qedin jixtru l-propjeta huma single, xorta qed jinbnew ħafna appartamenti b’ żewġ jew tliett ikmamar tas-sodda.

Aspett li tkellem fuqu ukoll, Matthew Zerafa, il-Kap Eżekuttiv ta Alliance Group, li argumenta li l—policies tal-ippjanar għandhom bżonn jiġu rreveduti sabiex inbnew appartamenti iżgħar.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal—Iżviluppaturi ta’ Malta, ukoll qal li irridu noqgħodu aktar attenti għall-inkonvenjenza li qed jinħoloq lir-residenti, minħabba il-bini li qed jinbenna kullimkien.

Il-kritika għal mod kif qed tevolvi l-industrija tal-kostruzzjoni ġiet ukoll minngħand il-Membru Parlamentari Ewopew tal—Partit Laburista Alfred Sant, li qal li jeħtieġ li japplikaw il-brejkijiet lis-settur, hekk kif qed tinħella ħafna art b’mod mill-aktar salvaġġ.

Sant żied jgħid ukoll li dak li l-industrija tal-kostruzzjoni tqis bħala affarijiet terżi bħal ngħidu aħna t-traffiku, it-tniġġis tal-arja u l-istorbju huma fil-fatt parti importanti ħafna mil-ħajja soċjali tal-Maltin. U jekk nibqgħu sejrin kif sejrin eventwalment ħa jkollna naffaċjaw l-konsegwenzi.

Ikompli ma’ dak li qal Alfred Sant kien hemm ukoll il-President tal-BOV u l-ekonomista Gordon Cordina, fejn qal li bħal ma kien ġara meta Malta spiċċat greylisted, u kulħadd beda jaħdem sabiex din is-sitwazzjoni titranġa, hekk ukoll għandu jiġri issa sabiex nindirizzaw il-problemi fis-settur tal-bini.