Futbol Sport

Rebħa missielta għal Inter fuq Atalanta, Milan megħluba minn Udinese

(Ritratt: EPA)

Atalanta 1-2 Inter

Inter żammu l-ewwel post fil-klassifika wara li kisbu rebħa missielta ta’ 2-1 fuq Atalanta fil-Gewiss Stadium.

Inter li qedin fil-quċċata tal-klassifika lagħbu 11-il partita, fejn akkumulaw 28 punt.

Hakan Calhanoglu kien l-ewwel plejer li xeħet ġewwa minn penalty li wasal minn foul kommess mill-goalkeeper Musso fuq Darmian fil-kaxxa.

Inter għamlu l-iskor 2-0 fis-57 minuta b’gowl angolat ta’ Lautaro Martinez mit-tarf tal-kaxxa ‘l kbira mis-suġġeriment ta’ Mkhitaryan.

Tlett minuti wara Gianluca Scamacca rnexxielu jsib ix-xibka bit-tama’ li jagħmlu rimonta, madankollu dan il-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni. Il-gowl wasal minn azzjoni tal-attakkant laterali Lookman.

Milan 0-1 Udinese

F’San Siro, Milan sofrew telfa minima ta’ 1-0 kontra Udinese.

Il-gowl tar-rebħa għat-tim ta’ Andrea Sottil wasal fit-63 minuta minn penalty mogħti mill-eks plejer ta’ Juventus Roberto Pereyra. Il-penalty wasal minn foul kommess fuq Adil fuq Festy.

Salernitana 0-2 Napoli

Salernitana ġew megħluba 2-0 f’darhom minn Napoli fl-ewwel partita tal-ġurnata.

Giacomo Raspadori kompla l-forma tajba tiegħu meta skorja l-ewwel gowl tal-partita wara 13-il minuta logħob minn kontrattakk mibdi minn Lobotka.

Fit-82 minuta Elif Elmas irdoppja l-iskor meta għeleb lil Ochoa b’konklużjoni kalma wara li qabeż il-goalkeeper.

Ilbieraħ
Bologna v Lazio 1-0
Illum
Salernitana v Napoli 0-2
Atalanta v Inter 1-2
Milan v Udinese 0-1
Għada
H.Verona v Monza 12:30pm
Cagliari v Genoa 3:00pm
Roma v Lecce 6:00pm
Fiorentina v Juventus 8:45pm
It-Tnejn
Frosinone v Empoli 6:30pm
Torino v Sassuolo