MALTA…………..22
ĊIPRU……………..17
Wirja dominanti mill-Maltin fl-ewwel partita tal-kowċ ġdid Keith Hopkins fir-rebħa kontra Ċipru bl-iskor finali jkun 22-17.
Waħda mill-aħjar prestazzjonijiet għat-tim Malti fl-aħħar snin fejn irnexxielhom jirreżistu l-logħob fiżiku tal-avversarji, biex ikkonfermaw it-tieni rebħa fil-Europe Conference South 1.
Thomas Holloway, Rob Holloway u Brandon Dalton kienu dawk li għamlu t-tries tagħhom, filwaqt li Chris Dudman kompla jżid il-punti għall-Maltin.
Ċipru kważi wettqu rimonta fl-aħħar mumenti tal-partita, madankollu l-Maltin żammu r-riżultat prestiġjuż.
Permezz ta’ dan ir-riżultat, it-tim Malti issa qiegħed f’pożizzjoni mill-aqwa sabiex jirbaħ il-pool tiegħu.
MALTA: K. Spiteri, T. Davey, T. Galdes, H. Perkins, M. Barbara, C. Sultana, D. Apsee, M. Davey, T. Holloway 5, R. Holloway 5, B. Dalton 5, K. Gauci, C. Dudman 7, P. Ioffe, J. Zammit.
ĊIPRU: G. Cosma, P. Stlylianou, F. Fayaz, B. Cosma, R. Constantinou, G. Agathokleous, M. Mladenovic, A. Georgiu, A. Pantechis, C. Georgiu, H. Fayaz, D. Georgiu, B. Yarrow, K. Phillips, M. Fielder.
//= $special ?>