Rowen Camilleri
GŻIRA U…………….1
VALLETTA………..1
Gżira U: D. Zarkov, G. Bohrer, T. Aldama, Z. Scerri, M. Dias, Macula, L. Riascos, F. Zuniga, B. Borg (G. Essaka 88’), T. Espindola, J. Mendoza (A. Borg 46’)
Valletta: J. Galea, E. Ruiz, A. Silias (D. Cardoso 55’), S. Ferraris, C. Gauci (L. Susnjara 70’), F. Falcone, B. Paiber, V. Luiz, F. Vega, N. Micallef, D. Garba (J. Azzopardi 90’)
Imwissija: F. Vega 45+2’, B. Paiber 57’, D. Cardoso 87’ (V), Macula 54’, T. Aldama 71’ (G)
Skorja: T. Aldama 13’ (G), F. Falcone 86’ pen (V)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: Luke Portelli u Kurt Saliba
BOV Plejer tal-Logħba: Thaylor Aldama (Gżira United)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Zach Scerri (Gżira United)
Valletta salvaw punt fl-aħħar minuti tal-partita permezz ta’ penalty mogħti minn Federico Falcone li kkanċella l-gowl ta’ Thaylor Aldama fl-ewwel taqsima, biex Gżira ma rnexxilhomx iżommu l-vantaġġ sal-aħħar u tilfu żewġ punti preżżjużi li kienu jtellawhom fir-raba’ post tal-klassifika.
Gżira marru minn fuq fit-13-il minuta meta minn azzjoni mibnija minn numru ta’ passes, finalment kien kross ta’ Zach Scerri lejn Thaylor Aldama li b’daqqa ta’ ras preċiża l–eks Hibernians tefa’ fir-rokna tax-xibka u lil Maroons minn fuq.
Tliet minuti wara l-goalkeeper ta’ Valletta Jake Galea wettaq save mill-isbaħ fuq xutt ta’ Macula, bil-ballun ikun imdawwar f’korner.
Reazzjoni minn Valletta fis-27 minuta meta l-kross ta’ Paiber sab lil Garba li iżda minn taħt il-lasta bir-ras tefa’ għoli.
Fl-aħħar sekondi tal-lewwel taqsima Valletta provaw iġibu l-gowl tad-draw meta l-ewwel ix-xutt ta’ Garba kien imdawwar f’korner minn Zarkov biex mill-istess korner mogħti minn Luiz, Falcone ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun imtajjra minn Zuniga, bir-referee Alex Johnson isaffar tmiem l-ewwel taqsima u Gżira fil-vantaġġ.
Wara li għall-maġġoranza tat-tieni taqsima l-azzjonijiet lejn il-lasti kienu skarsi, fl-84 minuta Valletta jingħataw penalty meta x-xutt ta’ Ferraris deher jaħbat ma’ idejn Luis Riascos bir-referree jsaffar u jipponta lejn il-penalty spot.
Mill-11-il metru kien Federico Falcone li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Zarkov biex ġab id-draw għall-Beltin.
Valletta marru saħansitra viċin li jmorru anke fil-vantaġġ meta b’kontratakk veloċi kien is-sostitut Susnjara li b’xutt minn barra l-kaxxa impenja lil Zarkov li b’diffikultà kellu jdawwar f’korner.
Din kienet l-aħħar azzjoni tal-partita bir-riżultat finali jkun dak ta’ 1-1 li ftit bidel f’dik li hi klassifika, bit-tim ta’ Valletta jilħaq momentarjament lil Blazan u Mosta b’disa’ punti filwaqt li Gżira għandhom tmienja u jibqgħu fit-tieni nofs tal-klassifika.
//= $special ?>