Lokali

Żagħżugħa bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-Qala

Żagħżugħa ta’ 25 sena mill-Qala kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Qala stess.

Il-każ seħħ il-Ħadd fis-12:45 fi Triq in-Nigret meta għal xi raġuni l-vettura misjuqa mill-mara nqalbet wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tal-għamla Kymco Mxu.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żagħżugħa l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.