Futbol Sport

Dopjetta ta’ Moreira tagħti tliet punti lil-Naxxar Lions

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Andrè Muscat

BALZAN………………………..1

NAXXAR LIONS………….. 2

Balzan: D. Golovic, I, Bozovic, A. Prates, S. Arab (B. Hili 82’), P. Fenech (M. Grima 89’), J. Grech, R. Michibuchi, A. Katanic, N. Zerjal (A. Andrejic 45’), M.Raso, L. Da Silva de Souza (D. Awosanya 67’)

Naxxar Lions: M. Debono, N. Micallef, F. Barbosa, N. Pace Cocks (D. Falzon 82’), A. De Carvalho, E. Cerqueira, G. Cassar, T. Yamaguchi (M. Da Silva 33’), E. Espirito, W. Moreira (M. Fenech 87’), V. Cardoso

Skorjaw: W. Moreira 35’ 65’(N),L. Da Silva de Souza 45’ (B)

Imwissija: F. Barbosa 31’ (N), M.Raso 45’ (B), W. Moreira 45’ (N), I, Bozovic 76’ (B)

Referee: Daniel Portelli

Assistenti Referees: Roberto Vella u Paul Apap

BOV Plejer tal-Logħba: William Moreira Da Silva (Naxxar)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: William Moreira Da Silva (Naxxar)

Fuq il-karta forsi Balzan kienu l-favoriti, iżda b’logħba mill-aktar bilanċjata il-Lions ikunu ftit aħjar minn Balzan u ħadu l-massimu tal-punti fil-grawnd taċ-Ċentinarju.

Matthias Debono għal Naxxar fis-7 minuta jsalva xutt minn taħtu ta’ Jake Grech. Fl-10 minuta jerġa jkun Jake Grech li minn tlett kwarti ta’ grawnd jipprova xutt, iżda Debono jsalva bla problemi. Mal-kwarta logħob Balzan jolqtu l-mimduda b’xutt mill-isbaħ ta’ Leonardo Da Silva, hekk kif żmarka ruħu u minn tarf il-kaxxa l-kbira u fajjar xutt il-ġmiel tiegħu. Kontra x-xejra tal-logħob Naxxar Lions jiftħu l-iskor fil -35 minuta. Kien William Marcellino li minn taħt il-lasta ma żbaljax u tefa’ wara Golovic. Ħarba mil-lemin ta’ Maicon għal Naxxar fil-41 minuta, dan jiġbed għan-nofs u bix-xellugija jipprova xutt li għadha ftit barra mill-minduda. Balzan jagħmlu l-iskor indaqs fil-45 minuta meta wara pass preċiż ta’ Jake Grech ikun Leonardo de Souza li jara xutt tiegħu jaħbat mal-wieqfa, bil-ballun jaħbat ma’ dahar il-goalkeeper tal-Lions Matthias Debono u jispicca fix-xibka, biex bl-aktar mod żvinturat Naxxar jidħlu jistrieħu f’parità ta’ 1-1.

Mas-siegħa logħob Balzan jiġu mogħtija penalty meta ż-żgħażugħ Naxxari Neil Pace Cocks waqqa’ lil de Souza fil-kaxxa. Inkarigga ruħu mill-11-il metru l-istess Leonardo de Souza li iżda ra x-xutt ċentrali tiegħu ikun milqugħ minn Debono. Naxxar għal darb’oħr marru minn fuq fl-64 minuta, hekk kif mix-xellug Augusto jitfa’ kross fejn bħal sajjeta jidħol William Moreira u b’lasta vojta ma jiżbaljax biex b’doppjetta personali għal darb oħra jitfa’ lil-Naxxar minn fuq. Balzan baqgħu jipprovaw isibu l-gowl tad-draw, iżda n-Naxxarin baqgħu dixiplinati sat-tisfira finali ta’ Daniel Portelli, biex b’hekk ħarġu mill-grawnd bil-punti massimi.