Futbol Sport

Punt prestiġjuż għal Mosta kontra Ħamrun

(Ritratt: Joseph Galea)

ĦAMRUN SPARTANS………….1

MOSTA…………………………………..1

Ħamrun S: H. Bonello, L. Montebello, R. Prsa, E. Freitas (N. Kristic 73), U. Duranovic, B. Ederson (Y. Nenov 81′), O. Bjelicic , J. Corbalan, E. Marcelina, R. Camenzuli, J. Robert (Seth Painstil 46′)

Mosta: D. Akpan, S. Thomas (E. Mensah 61′), N. Obidike , C. Nnaji, C. Failla (C. Valois 45′), G. Sciberras, W. Britto, N. Agius , J. Vassallo, Z. Brincat, (I. Aliyu 61′), K. Tulimieri (S. Cachia 81′)

Skorjaw: U. Durnaovic 38′ (Ħ), K. Tulimieri 45+2′ (M)

Referee: Daryl Agius

Ħamrun Spartans ġew miżmuma għat-tieni darba dan l-istaġun din id-darba fi draw ta’ 1-1 kontra Mosta. Kienet logħba li fiha l-Ħamruniżi ddominaw kemm f’dak li hu pussess kif ukoll fl-ażżjonijiet perikolużi lejn il-lasti li iżda fil-maġġor parti tagħhom sabu lill-goalkeeper Mosti Akpan attent li ċaħħadhom milli jiskorjaw.

Ħamrun marru minn fuq fit-38 minuta permezz ta’ Uros Duranovic li approfitta minn ballun li Akpan ma ħatafx tajjeb biex tefa’ bla problemi fix-xibka.

Meta kollox deher li l-Ispartans kienu se jidħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ 1-0, l-eks Kevin Tulimeri kellu pjanijiet oħra hekk kif żewġ minuti fuq il-ħin minn kross ta’ Nathan, it-Taljan minn qagħda faċli tefa’ wara Bonello.

Bil-logħba fit-tieni taqsima tkun ikkaraterizzata minn numru ta’ fouls u ammonizjonijiet, fejn anke saħansitra lejn l-aħħar mumenti tal-partita tkeċċa l-attakkant Mosti Nnaji, Ħamrun minkejja l-pressjoni ma rnexxilhomx isibu l-gowl li jagħatihom is-sitt rebħa tal-istaġun biex minflok dan kien it-tieni draw minn seba’ partiti għaċ-champions renjanti.