Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar ir-raba’ programm ta’ Sport Extra bi produzzjoni
u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm intervista mal-president ġdid tal-Malta Handball Association
Daniel Tabone fejn ma naqsux il-kummenti kemm dwar l-isfidi tiegħu bħala President ġdid
u wisq aktar il-futur immedjat tal-handball hawn Malta.
Fit-tieni parti tal-programm enfażi dwar it-triathlon u wisq aktar il-Kampjonati Nazzjonali.
Protagonisti fil-programm ir-rebbieħa Keith Galea li rebaħ il-Kampjonat għad-disa’ darba
fil-karriera u Danica Bonello Spiteri b’record assolut ta’ 16 il-Kampjonat mirbuħ.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-
produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u camerapersons Liam Briffa u Michael
Farrugia.