Meta saret it-52 edizzjoni tal-Maratona ta’ New York b’partecipazzjoni ta’ madwar 50,000 maratoneta, dominju minn Tamirat Tola tal-Etjopja li rebaħ f’sagħtejn, 4 minuti u 58 sekonda li kien rekord tal-Maratona ta’ New York.
Fit-tieni post b’distakk ta’ kważi żewġ minuti daħal Albert Korir tal-Kenja f’sagħtejn, 6 minuti u 57 sekonda qabel Shura Kitata tal-Etjopja f’sagħtejn, 7 minuti u 11-il sekonda.
Fil-maratona tan-nisa dominju assolut minn atleti tal-Kenja b’sitta fl-ewwel seba’ positijiet. Fl-ewwel post Hellen Obiri tal-Kenja f’sagħtejn, 27 minuta u 33 sekonda b’għaxar sekondi distakk vantaġġ fuq Letesenbet Gidej tal-Etjopja filwaqt li Brigit Kosegei tal-Kenja temmet 12-il sekonda wara Gidej.
Il-kategorija tal-irġiel bil-wheelchair intrebħet għas-sitt darba minn Marcel Hug tal-Iżvizzera f’ siegħa, 25 minuta u 29 sekonda qabel Roman Romanchuk tal-Istati Uniti u Jetze Plat tal-Olanda.
F’dik tan-nisa bil-wheelchair dominiju għall-Iżvizzera permezz ta’ Catherine Debrunner f’siegħa, 39 minuta u 32 sekonda qabel Manuela Schar u Susannah Scaroni tal-Istati Uniti.
//= $special ?>