It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena spikka fil-ħames ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball li qed isir hawn Malta.
Malta għelbet lill-Irlanda 21-4 u lil Franza 14-11 f’ġurnata oħra pożittiva.
Fil-kategorija tas-Seniors aktar riżultati pożittivi wara li tim A Malta għeleb lil Wales 13-12 u lill-Tim A Belġju 21-4 filwaqt li Tim B Malta għeleb lil Katalunja 21-4.
Tim A tal-irġiel għeleb 15-10 lill-Irlanda ta’ Fuq iżda safa’ megħlub minn Franza 13-12 sabiex Tim B2 Malta kien megħlub minn Tim B Ingilterra 13-8 filwaqt li Tim B Malta tilef 15-6 kontra l-Iskozja minkejja rebħa ta’ 12-9 kontra Tim B Irlanda.
Tim B1 Malta għeleb 15-6 lil Tim B1 Wales u bl-istess skor lil Tim B2 tal-Ingilterra.
Fil-Kategorija Taħt il-15-il sena Tim A Franza għeleb 15-0 lil Tim A Malta filwaqt li Tim B1 Malta għeleb 9-6 lil Tim B Malta.
Għal Malta Timijiet B u B1 tilfu 11-4 kontra Tim B Irlanda ta’ u kontra tim B Ingilterra 12-3.
Fil-kategorija tal-Grandmasters, Malta A tilfu 15-10 kontra Tim A Irlanda u Tim A Irlanda ta’ Fuq sabiex fil-Masters, Malta Tim A għeleb 18-7 lil Tim A Belġju A u lil Tim A Katalunja 15-10.
It-tim Malti A ta’ taħt it-23 sena għeleb 18-7 lil Katalunja u tilef 15-10 kontra Wales A





Ritratti ta’ Domenic Aquilina
//= $special ?>