Futbol Sport

Chelsea jirbħu d-derby kontra Tottenham

(Ritratt: EPA)

Partita drammatika għall-aħħar, mimlija azzjonijiet u kontroversji hekk kif Chelsea għelbu lir-rivali Tottenham Hotspur 4-1, bit-tim immexxi minn Ange Postecoglou jsoffru l-ewwel telfa fil-kampjonat.

Tottenham ma damux ma fetħu l-iskor, bil-partita tidher se tkun iddominata minn Spurs, b’ Dejan Kulusevski jixħet ġewwa b’xutt bix-xellug mit-tarf tal-kaxxa mis-suġġeriment ta’ Sarr.

Spurs kważi rduppjaw l-iskor fis-16-il minuta permezz ta’ Heung-Min Son, madankollu Brenan Johnson kien f’pożizzjoni rregolari fl-azzjoni tal-gowl u b’hekk tħassar il-gowl.

Chelsea ħasbu li kisbu l-parità fuq żewġ okkażjonijiet differenti f’temp ta’ 6 minuti, b’ Raheem Sterling jegħleb lill-goalkeeper Taljan Vicario fil-21 minuta, pero wara konsultazzjoni tal-VAR il-gowl tħassar.

Fit-28 minuta Chelsea għal darb’oħra sfortunati hekk kif issa kien imiss Moises Caicedo li jkollu l-gowl tiegħu kkanċellat.

Il-partita ħadet xejra differenti ftit wara n-nofsija logħob, hekk id-difensur ċentrali ta’ Tottenham Cristian Romero ntwera l-karta ħamra diretta wara li kkometta foul fil-kaxxa fuq Enzo Fernandez.

Cole Palmer inkariga ruħu mill-penalty, bil-midfielder avvanzat ma jiżbaljax u jagħmel l-iskor indaqs għall-ewwel darba fil-partita, wara ż-żewġ tentattivi kkanċellati ta’ Chelsea.

Iż-żewġ timijiet daħlu għal ħin tal-mistrieħ fi draw ta’ 1-1.

It-tieni taqsima ma kellha l-ebda bidu feliċi għal Tottenham, hekk kif wara 10 minuti logħob Destiny Udogie ntwera t-tieni karta safra tiegħu wara li kkometta foul fuq Raheem Sterling, b’Tottenham issa jilagħbu l-kumplament tal-partita b’9 plejers.

Fil-75 minuta Chelsea marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita, b’ Nicolas Jackson isib ix-xibka b’xutt kalm indirizzat lejn ir-rokna t’isfel tax-xellug minn nofs il-kaxxa ż-żgħira mill-pass ta’ Sterling.

Kompliet tikber l-isfortuna għal Tottenham hekk kif fit-82 minuta gowl ieħor imħassar, din id-darba skorjat minn Eric Dier li kien f’pożizzjoni rregolari.

Żewġ gowls fl-aħħar mumenti tal-partita għal Chelsea kkonfermaw ir-rebħa, b’ Nicolas Jackson jiskorja l-ewwel hattrick tiegħu fil-Premier League, bl-ewwel gowl jasal minn suġġeriment tal-midfielder Gallagher, filwaqt li t-tielet gowl personal tiegħu u r-raba’ gowl għal Chelsea wasal fis-97 minuta minn azzjoni tajba ta’ Palmer.

B’dan ir-riżultat Tottenham niżlu fit-tieni post tal-klassifika , b’ Manchester City jokkupaw l-ewwel post b’27 punt wara 11-il partita.

Is-Sibt
Fulham v Man. Utd 0-1
Brentford v West Ham 3-2
Burnley v C.Palace 0-2
Everton v Brighton 1-1
Man.City v Bournemouth 6-1
Sheffield U. v Wolves 2-1
Newcastle U. v Arsenal 1-0
Il-Ħadd
Nottingham F. v A.Villa 2-0
Luton T. v Liverpool 1-1
Illum
Tottenham H. v Chelsea 1-4