Sport Sport Ieħor

Darts: Michael Busscher u Noa Lynn Van jirbħu l-kategoriji ewlenin fil-Malta International Darts Open

Intemmet edizzjoni oħra tal-Malta International Darts Open organizzata mill-Malta Darts Association.
Michael Busscher u Noa Lynn Van Leuwen rebħu l-unuri ewlenin tal-edizzjoni 2023 tal-Malta International Darts Open

Il-plejer mill-Olanda Michael Busscher rebaħ il-kompetizzjoni individwali tal-irġiel wara li fil-finali għeleb 5-3 lill-Marcus Maier tal-Ġermanja.

Fil-kategorija tan-nisa, suċċess għal Noa Lynn Van Leuwen li ddominat għal kollox lill-Ġermaniża Irina Armstrong meta rebħet 5-0.

Fil-kategorija tal-Youths, il-plejer Malti Kyle Satariano wasal sal-finali minkejja li tilef 5-0 kontra Ryan Branley tal-Ingilterra.

Fil-kompetizzjoni Standing Para-darts, kien North Steve mill-Ingilterra li rebaħ il-finali wara li għeleb 4-1 lil Alan Rask tan-Norveġja, filwaqt li fil-Masters Wheelchair Para Darts, Bradley Zerafa lagħab fi grupp B fejn kiseb rebħa u żewġ telfiet.