Formula 1 Sport

Formula 1: Is-17-il rebħa għal Max Verstappen

(Ritratt:EPA)

Iċ-champion tad-dinja Max Verstappen kiseb is-17-il rebħa minn 20 Grand Prix meta rebaħ il-Grand Prix tal-Brażil f’Sao Paolo.

Verstappen rebaħ b’vantaġġ ta’ ftit iktar minn 8 sekondi fuq il-Brittaniku Lando Norris fuq McLaren.

It-tielet post fuq il-podium kien miksub minn Fernando Alonso fuq Austin Martin.

Ġurnata oħra negattiva għal Ferrari fejn Carlos Sainz kiseb is-sitt post u Charles Leclerc ma temmx it-tiġrija.