Futbol Sport

Futbol Ingliż: Liverpool isalvaw punt fl-aħħar

Riżultati sorprendenti fiż-żewġ logħbiet ilbieraħ fil-Premiership fejn Aston Villa kienu megħluba u Liverpool kienu salvati fl-aħħar kontra Luton.

Aston Villa, li kienu fil-ħames post tal-klassifika sofrew telfa mhux mistennija kontra Nottingham Forest.
Għal Forest gowl fil-bidu ta’ Aina u ieħor fil-bidu tat-tieni taqsima skorjat minn Mangala.
Liverpool tilfu żewġ punti prezzjużi kontra Luton Town anki jekk salvaw il-logħba b’gowl fil-95 minuta skorjat minn Luis Diaz.
Għal Luton kien fetaħ l-iskor Chong fit-80 minuta.

Riżultati
Nottingham Forest v A. Villa 2-0
Luton v Liverpool 1-1