Futbol Sport

Futbol Taljan: Rebħa importanti għal Juventus

(Ritratt: EPA)

Juventus żammew il-pass ma’ Inter b’rebħa prezzjuża fil-Franchi ta’ Firenze kontra Fiorentina.

Il-gowl tar-rebħa tal-Bianconeri wasal wara biss għaxar minuti permezz ta’ Miretti.

Rebħa drammatika għal Roma li għelbu lil Lecce 2-1 b’żewġ goals skorjati fil-ħin miżjud.

Lukaku falla penalty għal Roma iżda spiċċa l-eroj tat-tim meta skorja l-goal tar-rebħa fl-94 minuta wara li fil-ħin miżjud ukoll kien ġab id-draw Sardar Azmoun.

Riżultati

Verona v Monza 1-3

Cagliari v Genoa 2-1

Roma v Lecce 2-1

Fiorentina v Juventus 0-1