“Ilna snin insofru t-trabijiet u l-istorbju – issa anke mal-lejl”
Il-Gvern Laburista ilu snin twal iwiegħed li se jkun qiegħed ilesti x-xogħol fuq l-iskola Primarja tal-Imsida, skola li x-xogħol fuqha ilu għaddej tal-inqas 3 snin.
Iżda issa, wara dawn is-snin kollha, jidher li l-Gvern waslitlu l-għaġla..tant li saħansitra x-xogħol qiegħed isir fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Familji li avviċinaw lil Net News stqarrew li l-ħaddiema qed jaħdmu saħansitra fis-siegħa ta’ filgħodu, bl-istorbju tax-xogħol tal-idejn u l-makkinarju ma jħallihomx jorqdu għajn m’għajn.
Huma sostnew li wara li issa ilhom bit-trabijiet u storbju għal dawn ix-xhur u snin kollha ma jistgħux jaċċettaw il-fatt ukoll li qed jispiċċaw ikollhom isofru anke fil-ħin tal-mistrieħ.
Dan filwaqt li insistu li wara dawn ix-xhur sħaħ jgħixu f’ambjent ‘il bogħod minn dak ideali għal zona mgawdija b’arja nadifa, issa qed iqumu għajjenin għax-xogħol, għall-iskola, għal kull qadja li possibilment jista’ jkollhom filgħodu.
L-istudenti li kienu f’din l-iskola spiċċaw ġew trasferiti fl-iskola ta’ Santa Venera u se jkollhom jibqgħu hemm b’mod indefinit.
Wieħed irid ifakkar ukoll li s-sena l-oħra kienu marru lura għall-bidu tal-proġett, hekk kif kienu waqqgħu dak kollu li bnew. Dan għaliex ix-xogħol tant sar ħażin li kellu jitwaqqa’ kollox.
//= $special ?>