Il-Mexxej taċ-Ċeċenja, Ramzan Kadyrov, ħatar lil ibnu Adam, ta’ 15-il sena, f’kariga importanti ħafna fis-servizzi tas-sigurtà Ċeċeni. Dan waqt li diversi uffiċjali Ċeċeni qed jgħidu li Adam Kadyrov, fil-fatt, laħaq fit-tmexxija tas-servizzi tas-sigurtà u meta hu se jagħlaq 16-il sena proprju dan ix-xahar.
Ramzan Kadyrov hu alleat kbir tal-President Russu Vladimir Putin u fl-aħħar xhur kien qed iħeġġu biex ‘jissikka l-morsa fuq l-Ukreni’ waqt il-gwerra li riesqa lejn it-tieni sena. Iżda filwaqt li ċ-Ċeċeni kienu prominenti fil-battalji mal-Ukreni fl-ewwel fażi tal-konflitt hu minnu li huma sofrew sensiela ta’ telfiet umiljanti fl-Ukrajna, speċjalment matul is-sena li għaddiet.
Sadanittant. Ramzan Kadyrov – sinjur tal-gwerra magħruf għall-brutalità tiegħu – faħħar lil ibnu Adam għall-‘kuraġġ li wera’ u meta fl-aħħar xhur, ibnu u ħutu dehru fuq il-filmati huma u jisparaw l-armamenti fost rapporti li huma kellhom imorru jiġġieldu ‘dalwaqt’ fl-Ukrajna. Ma hemm l-ebda provi konkreti li Adam Kadyrov qatt kellu sehem f’xi azzjoni militari minn dakinar ‘il hawn
F’Settembru li għadda kien ħareġ filmat ta’ Adam Kadyrov waqt li hu kien qed isawwat lil priġunier bla ħniena u bl-approvazzjoni ta’ missieru. Il-filmat kien intbagħat minn Ramzan Kadyrov innifsu u dan qanqal kundanna kbira, anki fost xi membri konservattivi tal-Kremlin, f’Moska.
//= $special ?>