Lokali

Il-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b’40% f’sitt snin

Il-prezzijiet tal-propjetà f’pajjiżna żdiedu b’40% mill-2017 sal-lum – ekwivalenti għall-żieda ta’ 6% fis-sena.

Dan ħareġ minn alanaliżi li għamlet id-ditta ta’ awdituri KPMG – l-istess studju li wera li persuni single ta’ bejn 25 u 30 sena ma jaffordjawx 95% tal-proprjetà li hawn fis-suq lokali.

L-istudju wera li l-prezzijiet ta’ kull tip ta’ propjetà żdied. Pero, iż-żieda tvarja skont it-tip ta’ propjeta u skont il-lokalita li fiha tinsab il-propjeta.

Il-maġġoranza tal-bini li għandna f’pajjiżn huma appartmaneti u l-aħħar ċensiment wera li f’Malta u Għawdex għandna aktar minn 156,000 appartament bil-preżż medju jiżdied b’40% mis-sena 2017. U jekk tikumpara l-prezz tal-appartement fil-preżent ma dak ta’ 10 snin ilu jidher li l-prezzijiet irdupjaw.

Minn naħa l-oħra jidher li l-prezz tal-penthouses żdied b’madwar €70,000 minn €300,000 għal €369,800. L-istudju juri wkoll li l-penthouses jidhru li qed jikbru fid-daqs.

Qabża oħra xokkanti fil-prezzijiet hija dik tal-maisonettes fejn mis-sena 2017, il-prezz medju għola b’mitt elf, għal dak ta €310,000.

It-terraced houses żdiedu b’ €200,000 mis-sena 2017 sa llum.

Il-maġġoranza ta’ dawn il-proprjetajiet jinsabu fl-akkwati tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta.