Internazzjonali

Medda ta’ Gaza: Territorju maqsum f’żewġ entitajiet fost l-offensiva ta’ Iżrael

תרגיל גדודי קרקל

Il-militar ta’ Iżrael qed ikompli jwettaq progess fil-battalji tal-art mat-terroristi tal-Ħamas fil-Medda ta’ Gaza. U għalkemm it-terroristi qed jirreżistu għal din l-offensiva b’feroċità kbira, il-kelliema għal Iżrael qalu li t-truppi tagħhom tant avvanzaw ‘il ġewwa f’Gaza li huma, effettivament, qasmu lit-territorju f’żewġ zoni tal-art separati.

Dan ifisser li l-Iżraeljani, ‘il quddiem, se jkunu jistgħu jwettqu aktar attakki preċiżi fuq il-bejtiet tal-Ħamas u meta f’din il-fażi tal-gwerra qed isiru wkoll il-battalji qalb il-mini ta’ taħt l-art li l-Ħamas kienu bnew bħala bażijiet minfejn iwettqu l-attakki fuq Iżrael.

Il-militar Iżraeljan, fl-aħħar sigħat anki wettaq wieħed mill-akbar bumbardamenti fuq Gaza mindu bdiet il-gwerra mat-terroristi fis-7 ta’ Ottubru…Il-jum meta l-Ħamas invada lżrael u qered il-mijiet taċ-ċittadini ( inklużi trabi) bl-aktar mod brutali u indiskriminattiv. Sadanittant, it-truppi Iżraeljani ħatfu u okkupaw sit li sa ftit qabel kienet ikkontrollata minn skwadra ta’ ġellieda elit tal-Ħamas.

Filwaqt li l-aġenziji kollha tan-Nazzjonijiet Uniti ħarġu stqarrija konġunta biex jinsistu għall-waqfien mill-ġlied għal raġunijet umanitarji, l-Iżraeljani qed iwieġbu li l-poplu ta’ Iżrael ma jista’ qatt ikunu sikur dment li l-Ħamas jibqa’ jeżisti bħala entità terroristika. Dan ukoll meta għadhom qed ikunu sparati l-missili, regolarment, lejn Iżrael mill-Medda ta’ Gaza.

Fl-aħħar sigħat beda jidher ċar li Iżrael laħaq diversi tragward militari importanti tant li illum – permezz tal-aħħar tattiċi tal-gwerra –  l-Iżraeljani  qed jirreferu għat-territorju tal-Ħamas bħala ‘Gaza ta’ Fuq’ u ‘Gaza ta’ Isfel’.

Dan ukoll wara sigħat ta’ ġlied intensiv tul l-artijiet bejn Salah al-Din u l-kosta ta’ Gaza – bl-aħħar attakki tal-ajru mill-Iżraeljani jeqirdu l-Università ta’ Al-Azhar flimkien mal-bini ġodda (f’Gaza) iffinanzjati mill-Marokk u l-Arabja Sawdija.