Futbol Sport

Michele Marcolini u Ivan Woods isejħu l-iskwadri proviżorji

Il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Malta Michele Marcolini u dak tat-tim ta’ taħt il-21 sena Ivan Woods, ilbieraħ ħabbru l-iskwadri proviżorji tagħhom għall-impenji internazzjonali tal-ġranet li ġejjin.

Malta se tilgħab l-aħħar logħba fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru f’Wembley Stadium kontra l-Ingilterra.

Din hi logħba mill-iktar diffiċli għalina, mingħajr dubju l-iktar waħda diffiċli kontra l-ingilterra li ddominaw dan il-grupp.

Michele Marcolini ħabbar skwadra proviżorja ta’ 33 plejer fejn l-iktar żewġ ismijiet li jispikkaw huma dawk ta’ Beerman li qed jirritorna fit-tim nazzjonali wara nuqqas ta’ tliet snin, kif ukoll is-sejħa tal-attakkant ta’ Floriana Kemar Reid li ftit tal-ġranet ilu kiseb iċ-ċittadinanza Maltija u għalhekk jista’ jilgħab għal Malta.

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers), Matthew Grech (Zabbar St Patrick’s), Jake Galea (Valletta)

Difensuri: Jake Vassallo (Mosta ), Ferdinando Apap (Hibernians), Steve Borg (Hamrun Spartans), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara), Kurt Shaw (Hibernians), Jean Borg (Sliema Wanderers)

Midfielders: Juan Corbalan (Hamrun Spartans), Cain Attard (CF Os Belenenses – POR), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans), Adam Magri Overend (Floriana), Steven Pisani (Santa Lucia), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – POL), Dunstan Vella (Floriana ), Bjorn Kristensen (Hibernians ), Brandon Diego Paiber (Valletta), Myles Beerman (Sliema Wanderers), Yannick Yankam (Birkirkara ), Teddy Teuma (Stade de Reims), Jake Grech (Balzan ), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans), Nikolai Muscat (Marsaxlokk )

Attakanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Jodi Felice Jones (Notts County – ING), Kyrian Nwoko (Floriana), Paul Mbong (Birkirkara), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Alexander Satariano (Birkirkara), Kemar Reid (Floriana)  

Anki Ivan Woods sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 30 plejer għaż-żewġ konfronti li t-tim ta’ taħt il-21 sena se jkollu fil-jiem li ġejjin.

It-tim Malti se jkollu mpenn doppju fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni, żewġ logħbiet li se jintlagħbu fit-Tony Bezzina Stadium.

L-ewwel logħba hi kontra l-Każakistan fis-16 ta’ Novembru u tlett ijiem wara l-maltin jerġgħu fl-azzjoni din id-darba kontra l-Litwanja..

Goalkeepers: – Dylan Ciappara (Mosta), Reeves Cini (Pietà Hotspurs), Matthias Debono (Naxxar Lions), Hugo Sacco (Eastern New Mexico Univ. – USA)

Difensuri: – Matthew Ellul (Żabbar St.Patrick), Zean Leonardi (Pietà Hotspurs), Mattias Ellul (Santa Lucia), Owen Spiteri (Floriana), Isaac Cutajar (Pietà Hotspurs), Deacon Abela (Swieqi United)

Midfielders: – Jake Micallef (Leixoes S.C. – POR), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers), Andrew Borg (Gżira United), Bjorn Buhagiar (Żejtun Corinthians), Nick Cutajar (Melita), Nathan Agius (Mosta), Gianluca Sciberras (Mosta), Aleandro Garzia (Floriana), Kurt Briffa (Pietà Hotspurs), Matteo Gambin (Birkirkara), Karl Mohnani (Melita), Nikolai Micallef ((Naxxar Lions)

Attakkanti: – Mattia Veselji (Floriana), Andrea Zammit (A.S.C. Messina – ITA), Jake Engerer (Sliema Wanderers), Jamie Scerri (Swieqi United), Shaisen Attard (Gudja United), Jed Valletta (Santa Lucia), Brooklyn Borg (Gżira United), Basil Tuma (Reading FC – ING)