Lokali Qorti

Mixli li sawwat lis-sieħba tiegħu u lit-tlieta uliedha, fosthom tarbija ta’ sena u nofs

Żagħżugħ ta’ 19-il sena li allegatament ta daqqa ta’ ponn f’wiċċ it-tifel tas-sieħba tiegħu ta’ 18-il xahar u aggredixxa lilha u lil uliedha ta’ sitt u erba’ snin inżamm arrestat f’dak li jidher li huwa każ inkwetanti ta’ abbuż domestiku.

Luke Galea, residenti s-Siġġiewi tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, akkużat li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu b’arma improvizzata, u li darab ħafif liż-żewġt ibniet tagħha, ta’ erba’ u snin snin, kif ukoll lil binha ta’ 18-il xahar fil-preżenza ta’ xulxin.

Galea ġie akkużat li fit-22 ta’ Settembru attakka lill-mara u lil uliedha, qabel ma l-għada wettaq it-tieni aggressjoni fuq it-tifel, fejn allegatament Galea attakka u weġġa’ ħafif lit-tarbija, filwaqt li hedded ukoll lill-omm.

L-imputat kien akkużat ukoll li naqas milli jinforma lill-awtoritajiet b’bidla fl-indirizz reġistrat tiegħu. Il-Qorti ntalbet toħroġ ordnijiet ta’ protezzjoni għall-vittmi. Galea, li qal lill-Qorti li “riċentement waqaf jaħdem,” wieġeb mhux ħati.

L-Ispettur tal-Pulizija Audrey Micallef, qalet lill-Qorti li fl-24 ta’ Settembru ta’ din is-sena, il-pulizija kienet irċeviet rapport mingħand omm ta’ tlett itfal li allegat li jumejn qabel dakinhar, kienet involuta f’argument mas-sieħeb tagħha, l-akkużat, li mhuwiex missier it-tfal.

L-argument eskala sal-punt li l-imputat allegatament sawwat lill-mara b’cable tat-telefon, qabel sawwatha b’umbrella u lembuba, u kkaġunalha ġrieħi f’daharha u fl’ispalla. Il-mara qalet ukoll lill-pulizija li Galea kien aggredixxa lit-tliet uliedha f’dik id-data.

Il-koppja kienu rrikonċiljaw l-għada ta’ dak l-aggressjoni u l-mara kienet ħallietu jirritorna d-dar tagħha u jkompli jgħix magħha, qalet l-ispettur. Iżda l-vjolenza ma damitx ma reġgħet bdiet bil-mara qalet lill-pulizija li Galea kien “tagħha daqqa ta’ ponn f’wiċċ binha ta’ sena u nofs.” It-tifel instab li kellu tliet feriti ma’ rasu.

L-Ispettur Micallef qalet lill-Qorti li fil-ħin li ressqet ir-rapport, il-mara kellha ġrieħi viżibbli. Is-Servizzi tal-Ħarsien tat-Tfal kienu tkellmu wkoll mat-tfal u qalulhom li l-imputat kien taw lil ommhom b’’phone charger cable’ u li tefa’ l-platti lejn ommhom.

It-tfal qalu wkoll lis-CPS li r-raġel kien qed jgħix fid-dar tagħhom. Is-Chiled Protection Services kienet bagħtu ukoll għall-imputat u interrogawh. Inħareġ mandat għall-arrest ta’ Galea u ġie arrestat. L-ispettur qalet li kien irreġistrat bħala residenti f’indirizz f’Ħal Qormi, iżda waqt l-interrogazzjoni tiegħu qal lill-pulizija li kien ilu ma jgħix f’dak l-indirizz tas-Siġġiewi għal tliet snin.

L-avukat difensur Franco Debono staqsa lill-ispettur jekk sussegwentement il-mara kinitx marret l-għassa biex tirtira r-rapport tagħha, iżda l-Ispettur Micallef qalet li ma kienx hemm rapport jew aġġornament sussegwenti f’dan is-sens, peress li l-mara kienet tilfet l-appuntament tagħha fl-għassa aktar tard, dik il-lejla.

Id-difiża ma kkontestatx il-validità tal-arrest, li l-qorti pproċediet biex tiddikjarah wieħed validu. L-Avukat Debono informa lill-qorti li f’dan l-istadju ma kienx se jintalab il-libertà proviżorja. Id-difiża talbet projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-akkużat u tal-allegati vittmi.

L-Ispettur Micallef oġġezzjonat għat-talba biex jiġi evitat il-pubblikazzjoni tal-isem tal-imputat, li kien ilu biss f’relazzjoni ma’ omm il-vittmi għal inqas minn sena, iżda qablet mat-talba f’dak li għandu x’jaqsam mat-tfal.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal projbizzjoni tal-midja, iżda biss fir-rigward tal-ismijiet tal-vittmi. L-avukati Jurgen Dalli u Cynthia Tomasuolo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali assistew lill-ispettur tal-pulizija Audrey Micallef. L-avukati Franco Debono u Francesca Zarb kienu l-avukati difensuri