Il-PN irid li jitwettaq mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq il-kwalità u mhux il-kwantità.
Hekk stqarr fid-diskors li qed iwassal illejla l-Kap tal-PN Bernard Grech mill-Parlament, hekk kif qed titwassal ir-replika għall-Budget.
Bernard Grech tenna li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jsaħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra il-ħela u l-korruzzjoni li hija l-akbar taxxa fuq il-poplu.
Dwar l-għoli tal-ħajja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar kif kien proprju Gvern Nazzjonalista li beda jagħti iż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja lill-anzjani. Fejn il-Partit Nazzjonalista minflok qata’ qalbu quddiem l-isfida tal-għoli tal-ħajja, ħareġ bis-soluzzjonijiet.
Ir-replika qed tixxandar LIVE fuq Net TV u Net FM.
Ritratti: Martin Agius


