Futbol Sport

Rebħiet għal Torino u Frosinone

(Ritratt: EPA)

Rebħa minima ta’ 2-1 imma meritata għal Frosinone kontra Empoli fil-Benito Stripe.

Tlett gowls fit-tieni taqsima, bl-ewwel gowl jasal fit-58 minuta mill-plejer ta’ Frosinone permezz ta’ Marvin Cuni minn korner mogħti b’ħeffa minn Ibrahimovic fejn sab lil Cuni żmarkat mal-ewwel lasta bil-plejer ma jiżbaljax u jegħleb lil Berisha.

Frosinone rduppjaw l-iskor permezz taż-żagħżugħ Arijan Ibrahimovic meta kkonkluda l-azzjoni brillanti ta’ Reinier b’xutt potenti jispiċċa fix-xibka.

Empoli ħasbu li possibilment se jagħmlu rimonta fis-86 minuta, madankollu l-gowl tal-attakkant Francesco Caputo kien biss ta’ konsola zzjoni.

L-istess riżultat ta’ 2-1 fir-rebħa ta’ Torino fuq Sassuolo fl-Olimpico Grande Torino.

Antonio Sanabria fetaħ l-iskor wara 5 minuti logħob mill-kross ta’ Tameze, b’ Kristian Thorstvedt jikseb il-parita għal Sassuolo fit-18-il minuta mis-suġġeriment ta’ Berardi.

Il-gowl tar-rebħa għal Torino wasal fit-68 minuta permezz tal-attakkant laterali Nikola Vlasic.

Il-Ġimgħa
Bologna v Lazio 1-0
Is-Sibt
Salernitana v Napoli 0-2
Atalanta v Inter 1-2
Milan v Udinese 0-1
Il-Ħadd
H.Verona v Monza 1-3
Cagliari v Genoa 2-1
Roma v Lecce 2-1
Fiorentina v Juventus 0-1
Illum
Frosinone v Empoli 2-1
Torino v Sassuolo 2-1