Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri minn xi ġrieħi wara inċident f’Ħal Luqa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena minn Ħal Kirkop qed isofri minn xi ġrieħi wara inċident li seħħ fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:20 am meta mill-ewwel investigazzjoni ħareġ li kien hemm inċident bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti San Ġwann u l-mutur misjuq minn raġel ta’ 52 sena minn Ħal Kirkop.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, huwa ttieħed l-isptar għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.