Meta tkompla l-Kampjonat Nazzjonali Enemed tal-Futsal, is-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena kisbet l-ewwel rebħa tal-istaġun b’rebħa fuq Sliema Futsal bl-iskor ta’ 11-1 f’partita li ddominaw għal kollox.
F’partita miftuħa għal kull riżultat University of Malta ACJ Group għelbu lil Żurrieq Bormla 4-2 filwaqt li Swieqi Futsal ġabu fix-xejn lil Ta’ Xbiex Iżola Bank tant li għelbuhom 9-1 b’Ta’ Xbiex isofru l-ewwel telfa fil-Kampjonat.
Iċ-champions Luxol kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva wara li għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena bl-iskor kbir 10-0.
Daqstant ieħor Marsaskala Futsal li kisbu l-ewwel rebħa fil-Kampjonat wara li għelbu lil Santa Venera Lightnings 16-1 filwaqt li Birżebbuġa kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Gżira United Santa Margherita 6-2.
//= $special ?>