Ir-Re Karlu sar l-ewwel Re Britanniku li għamel id-diskors għall-ftuħ tal-Parlament mindu r-Re Ġorġ VI – missier ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni – kien inawgura l-Assemblea ta’ Londra fl-1950.
Id-diskors – magħruf bħala ‘King’s Speech’ – jimmarka l-bidu ta’ sena ħidma fil-House of Commons ta’ Londra, u r-Re Karlu, fost oħrajn, fassal il-pjani tal-Gvern li jinkludu l-impożizzjoni ta’ sentenzi aktar iebsin għall-agħar omiċidji u biex is-siti għall-avvenimenti pubbliċi jfasslu u jippreżentaw pjani għal kontra l-azzjonijiet terroristiċi potenzjali.
Id-diskors irrefera wkoll għall-pjani tal-Gvern biex jinevsti fit-trasport kif ukoll għall-introduzzjoni tal-liċenzji annwali relatati mal-proġetti taż-żejt u l-gass fin-North Sea.
Interessanti wkoll hu l-impenn biex l-entitajiet pubbliċi fir-Renju Unit jkunu projbiti milli jibbojkottjaw lil Iżrael taħt l-abbozz tal-liġi għall-Affarijiet Barranin relatati mal-Ekonomija – magħruf ukoll bħala ‘Overseas Matters’.
Sadanittant, id-deputati fil-House of Commons, qed jiddibattu d-dettalji tad-diskors ta’ Karlu…Diskors li, fi kliem il-Prim Ministru Britanniku, Rishi Sunak, jirrappreżenta l-viżjoni tal-Gvern tiegħu għal ‘Renju Unit aħjar u aktar inklussiv’.
//= $special ?>