L-ispejjeż legali marbuta mal-libelli li fetaħ l-eks direttur tal-ħabs Alex Dalli, spiċċaw tħallsu bi żball mill-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi li tmexxi l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin… liema libelli ntilfu.
F’mistoqsija Parlamentari, id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut staqsa lill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri dwar jekk il-Gvern jew l-Aġenzija ħallsux l-ispejjeż legali ta’ Dalli. Staqsa wkoll jekk Alex Dalli tneħħiex mill-kariga tiegħu bħala messaġġier diplomatiku mal-Gvern fil-Libja.
Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-kawżi ta’ libell huma fin-natura tagħhom personali u għalhekk l-ispejjeż marbuta magħhom għandhom jitħallsu mill-individwi li jagħmluhom.
Huwa però kkonferma li l-aġenzija bi żball ħallset l-ispejjeż legali ta’ Alex Dalli.
F’Ottubru li għadda, Alex Dalli kien fetaħ libell kontra l-ġurnalist Yendrick Cioffi u l-editur tal-MaltaToday Saviour Balzan, fejn kien allega li rapport li kien ġie ppubblikat kien mimli allegazzjonijiet foloz.
//= $special ?>