Budget 2024 Lokali

“Il-PN fil-Gvern jassigura li kull Malti u Għawdxi jgawdi minn serħan il-moħħ” – Bernard Grech

“Aħna se nassigura li jkolkhom ħajja aħjar għalikhom, b’serħan il-moħħ jum wara l-ieħor.”

Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret wara r-Replika tal-Budget mill-Oppożizzjoni.

Bernard Grech qal li l-PN se jkun qed iwettaq it-tiġdid ekonomiku, isaħħaħ id-demokrazija u pajjiżna jkollu ambjent iktar b’saħtu, fost l-oħrajn.

Il-Kap tal-PN qal li l-Partit se jassigura li pajjiżna jkun wieħed li javvanza, javvanza l-poplu Malti u Għawdxi kollu u mhux biss dawk tal-qalba.

Fakkar kif Partit Nazzjonalista fil-Gvern, flok se jkabbar il-popolazzjoni, minflok se jkabbar l-ekomomija b’mod li ma jkissirx il-kwalità ta’ ħajja tal-Maltin.

“L-unika soluzzjoni hu l-Partit Nazzjonalista, ilkoll għandna ħeġġa kbira biex natukhom is-serħan il-moħħ u ħajja aħjar għalikhom.”

Bernard Grech

Fl-intervent tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal li Malta, il-Gvern Laburista ġabha kollox barra ġusta, bil-Maltin spiċċaw jittalbu biex jgħixu ħajja diċenti bħalma konna nafu qabel.

Jerome Caruana Cilia rrimarka kif mill-Budget Laburista għas-sena d-dieħla ħareġ kif pajjiżna se jkun qed jara €4 miljun kuljum, dejn li l-poplu Malti se jkun qed jerfa’ fid-dawl tan-nuqqas ta’ viżjoni Laburista.

Id-Deputat Nazzjonalista qal il-PN lest li jaħdem biex inti tkun tista’ timrah u tikseb suċċess, Partit li qed joffri nifs ġdid u kwalità ta’ ħajja aħjar bi standards aħjar.

Minn naħa tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista, Ivan J. Bartolo qal kif il-Gvern Laburista għażel li jieħu deċiżjonijiet bla ma kkonsulta ma ħadd b’riżultat li spiċċa ma għinx lil dawk verament fil-bżonn.

Ivan J. Bartolo kompla jgħid li pajjiżna għaddej minn problemi reali, problemi li qed jikkawżaw piż kbir fuq in-negozji u diversi setturi f’pajjiżna, bil-Gvern ta’ Robert Abela qed jgħażel li ma jindirizzahomx, sena wara l-oħra.

Id-Deputat Nazzjonalista qal li Malta għandha bżonn bidla, bżonn ta’ attitudni differenti, li tinvolvi lil kulħadd u li wieħed jisma’ mingħand l-ispeċjalizzi. U dan jista’ jagħmlu l-Partit Nazzjonalista.

Ritratti: Joseph Galea