‘Pjan tattiku li rnexxa’
- Winston Muscat, kowċ Marsaxlokk
‘Bħalma ħsibna kienet logħba diffiċli ħafna kontra Birkirkara’. L-ewwel kumment li lissen il-kowċ ta’ Marsaxlokk Winston Muscat wara r-rebħa kontra l-Istripes. Muscat kompla jelabora. ‘Il-pjan tagħna kien li nagħlqu kemm jista’ jkun u noperaw bil-kontrattakk. Hekk kif wasal il-gowl dan tana s-saħħa bil-plejers ikunu dixxiplinati ħafna u jżommu ’l bogħod lill-plejers avversarji. Kuntrarju għal-logħbiet l-oħra kellna anqas pussess iżda finalment l-importanti huma l-punti. Kif għedt, għamilna xi bidliet mill-aħħar logħba fejn ħdimna li nċedu l-inizjattiva u noperaw bil-kontrattakki, u jidher li s-sistema ħadmet’
‘Nitlob skuża lill-partitarji’
- Giovanni Tedesco, kowċ Birkirkara
‘Ftit li xejn hemm xi tgħid. Marsaxlokk għamlu logħba kbira u rebħu meritatament.’ Kliem il-kowċ ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco wara t-telfa bl-iskor ta’ 2-0 kontra x-Xlukkajri. Huwa kompla hekk. ‘Jien nerfa’ r-responabbiltà għal din it-telfa fejn konna nidhru tim bla motivazzjoni. Fil-futbol jekk ma’ jkollokx l-għatx għar-rebħa din ma tasalx u wara wirja bħal din l-unika ħaġa li nħoss li għandi ngħid huwa li nitlob skuża lill-partitarji tagħna.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Floriana | 7 | 17 |
| Ħamrun Spartans | 7 | 17 |
| Marsaxlokk | 7 | 13 |
| Sliema Wanderers | 7 | 13 |
| Hibernians | 7 | 10 |
| Mosta | 7 | 10 |
| Birkirkara | 7 | 10 |
| Valletta | 7 | 9 |
| Naxxar Lions | 7 | 9 |
| Balzan | 7 | 9 |
| Gżira United | 7 | 8 |
| Gudja United | 7 | 4 |
| Sirens | 7 | 2 |
| Santa Lucia | 7 | 2 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 6 |
| Kemar Reid (Floriana) | 6 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 6 |
| Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 5 |
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 4 |
| Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 4 |
| Federico Falcone (Valletta) | 4 |
| Giannis Bastianos (Hibernians) | 4 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 25 ta’ Novembru, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm Sliema W. – Floriana
4.15pm M’Xlokk – Ħamrun S.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Sirens – Hibernians
4.30pm Gudja Utd. – Balzan
Il-Ħadd 26 ta’ Novembru, 2023
Centenary Stadium
11.00am Mosta – Gżira Utd.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Naxxar L. – B’Kara
4.30pm Valletta – Sta Lucia
//= $special ?>

