GRUPP G – Manchester City 3-0 Young Boys
Manchester City ikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax b’rebħa komda ta’ 3-0 fuq Young Boys fi Grupp G.
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima, b’ Erling Haaland l-ewwel li jsib ix-xibka permezz ta’ penalty li wasal minn foul kommess minn Lauper fuq Nunes fil-kaxxa. L-attakkant Norveġiz ma falliex u għeleb lil Racioppi b’konklużjoni baxxa fir-rokna t’isfel tax-xellug.
Ftit mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Phil Foden għamel l-iskor 2-0 b’xutt mix-xellug mill-pass ta’ Grealish.
Is-Citizens komplew l-attakki tagħhom fit-tieni taqsima, hekk kif fil-51 minuta Erling Haaland kiseb id-doppjetta personali tiegħu b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa, din id-darba l-pass finali jasal minn Rico Lewis.
L-isfortuna kompliet tikber għal Young Boys hekk kif żewġ minuti wara Sandro Lauper intwera t-tieni karta safra tal-partita, b’ Young Boys ikomplu jilagħbu l-kumplament tal-logħba b’għaxra.
GRUPP F – Milan 2-1 PSG
Milan rebħu l-ewwel partita tagħhom fi Grupp F wara li dawwru telfa f’rebħa kontra PSG bl-iskor finali jkun 2-1
Paris Saint-Germain fetħu l-iskor wara 9 minuti mill-eks plejer ta’ Inter Milan Skriniar meta żmarka ruħu fil-kaxxa u xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras baxxa mis-suġġeriment tad-difensur ċentrali Marquinhos.
Wara l-ewwel 11-il minuta pressjoni ta’ PSG, Milan ħasdu lill-avversarji meta għamlu l-iskor indaqs permezz tat-talisman Rafael Leao li għeleb lill-eks goalkeeper ta’ Milan Donnaruma b’konklużjoni akrobatika wara li rċieva l-ballun mix-xellug.
L-ebda tim ma rnexxielu jsib ix-xibka għall-kumplament tat-taqsima, bit-timijiet jitħlu għal ħin tal-mistrieħ fi draw ta’ 1-1.
Olivier Giroud skorja t-340 gowl tal-karriera tiegħu fil-51 minuta biex ta l-vantaġġ lil Milan għall-ewwel darba fil-partita b’daqqa ta’ ras potenti minn kross tad-difensur laterali Hernandez mix-xellug.
GRUPP F – Borussia Dortmund 2-0 Newcastle United
Rebħa importanti ħafna għal Borussia Dortmund fi Grupp F fuq Newcastle United ta’ 2-0, bit-tim mill-Ġermanja issa jinsab fit-tieni post tal-Grupp, b’ċans tajjeb li javvanza għall-aħħar sittax fi Grupp li huwa kkunsidirat bħala l-itqal fil-kompetizzjoni.
Gowl f’kull taqsima taw ir-rebħa lil Borussia, b’ Niclas Fulkburg ikun l-ewwel li jniżżel ismu mal-iskorers wara 26 minuta logħob.
Fid-79 minuta Julian Brandt irduppja l-iskor b’xutt bix-xellug indirizzat lejn ir-rokna t’isfel tal-lemin bis-suġġeriment jasal mill-kontrattakk veloċi ta’ Adeyemi.
GRUPP H -Shakhtar Donetsk 1-0 Barcelona
Telfa diżappuntanti fi Grupp H għal Barcelona kontra Shakhtar Donetsk bl-iskor ta’ 1-0.
B’din it-telfa Barcelona sofrew l-ewwel telfa fil-Grupp wara 4 logħbiet, kif ukoll kabbru l-possibiltà li ma jikkwalifikawx għall-fażi li jmiss minkejja li għadhom matematikament fl-ewwel post.
Il-gowl tar-rebħa għal Shakhtar wasal wara 40 minuta logħob minn Danylo Sikan li sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras ċentrali mill-kross ta’ Gocholeishvili.
GRUPP E – Atletico Madrid 6-0 Celtic
Rebħa komda għall-aħħar għal Atletico Madrid fuq Celtic bl-iskor finali jkun 6-0, bit-tim minn Spanja jqawwi ċ-ċans li jikkwalifika għall-aħħar sittax.
Antoine Griezmann kien l-ewwel plejer li skorja fil-partita wara biss 6 minuti logħob b’xutt minn barra l-kaxxa jispiċċa fir-rokna t’isfel tax-xellug.
Celtic spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers għall-maġġoranża tal-partita hekk kif fit-23 minuta Daizen Maeda ntwera l-karta ħamra diretta minħabba l-foul ikraħ li għamel fuq Mario Hermoso.
Atletico Madrid daħlu għal ħin tal-mistrieħ b’vantaġġ meritat ta’ 2-0 hekk kif Alvaro Morata xeħet ġewwa għat-tieni gowl fl-aħħar mumenti tat-taqsima.
L-attakkant Framċiż Antoine Griezmann skorja t-tieni gowl personali tiegħu wara siegħa logħob din id-darba b’xutt mill-viċin.
6 minuti wara Samuel Lino niżżel ismu mal-iskorers b’gowl ieħor minn barra l-kaxxa, din id-darba minn naħa tal-lemin mis-suġġeriment ta’ Morata.
L-istess Alvaro Morata skorja l-ħames gowl tat-tim tiegħu u t-tieni gowl personali tiegħu fis-76 minuta b’xutt mill-bogħod indirizzat lejn ir-rokna ta’ fuq tax-xellug.
L-aħħar gowl tal-partita wasal fil-85 minuta b’ Saul Niguez ukoll iniżżel ismu mal-iskorers.
GRUPP E – Lazio 1-0 Feyenoord
Fl-istess grupp, Lazio kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Feyenoord, b’gowl ta’ Ciro Immobile jiddetermina l-partita.
GRUPP G – FK Crvena Zvezda 1-2 RB Leipzing
RB Leipzing għelbu lil FK Crvena Zvezda bl-iskor minimu ta’ 2-1.
RB Leipzing ma damux ma fetħu l-iskor hekk kif l-istilla prominenti Xavi Simons xeħet ġewwa b’xutt kalm mill-pass ta’ Schlager.
Luis Openda kien l-awtur tat-tieni gowl ta’ RB Leipzing is-77 minuta li kkonferma r-rebħa tat-tim tiegħu.
Crvena Zvezda kisbu gowl lura permezz ta’ auto-gowl tad-difensur ta’ Leipzing Ben Henrichs fil-81 minuta.
GRUPP H – Porto 2-0 Royal Antwerp
Fi Grupp H, Porto telgħu fit-tieni post bl-istess punti ma’ Barcelona li jinsabu fl-ewwel post b’9 punti wara li għelbu lil Royal Antwerp 2-0.
Evanilson għamel id-differenza kollha bil-penalty tiegħu fit-32 minuta li wasal minn foul kkommess minn Kerk.
Royal Antwerp komplew bl-isfortuna hekk kif fit-52 minuta Jurgen Ekkelenkamp intwera karta ħamra wara li għamel foul fuq Sanusi.
Porto kkonfermaw ir-rebħa fil-91 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras tad-difensur esperjenzat Pepe.
RIŻULTATI U PARTITI LI JMISS:
Illum
Grupp E: Atletico Madrid 2-0 Celtic, Lazio 1-0 Feyenoord
Grupp F: B.Dortmund 1-0 Newcastle U., Milan 2-1 PSG
Grupp G: C.Zvezda 1-2 RB Leipzing, Man. City 3-0 Young Boys
Grupp H: S.Donetsk 1-0 Barcelona, Porto 2-0 R. Antwerp
Għada
Grupp A:
B.Munich v Galatasaray 9:00pm
Copenhagen v Man. Utd 9:00pm
Grupp B:
Arsenal v Sevilla 9:00pm
PSV v Lens 9:00pm
Grupp C:
Napoli v Union Berlin 6:45pm
Real Madrid v Braga 9:00pm
Grupp D:
R.Sociedad v Benfica 6:45pm
Salzburg v Inter 9:00pm