Hekk kif xahrejn ilu iddominat l-aħbar tal-iskandlu tal-benefiċċji soċjali bl-ex Deputat tal-Partit Laburista Silvio Grixti jidher li jinsab fiċ-ċentru ta’ dan kollu issa permezz ta’ post fuq il-midja soċjali implika li hemm aktar każi ta’ abbużi relatati mal-benefiċċji soċjali.
Fil-post tiegħu Grixti tefa’ ritratt ta’ ċertifikat sabiex persuna tkun tista’ tieħu l-benefiċċju soċjali dan filwaqt li saqsa għalfejn il-Pulizija ma nvestigax rapporti simili fil-passat. U allura, dan jindika li Grixti qed jallega li l-Pulizija ma tinvestigax kollox.
Għaldaqstant, bosta nies li kkummentaw fuq dan il-post saħqu li l-verità għadha trid toħroġ dan filwaqt li Grixti kien il-ħaruf tas-sagrifiċċju tal-Partit Laburista. Dan hekk kif sentejn ilu Silvio Grixti kellu jirriżenja mill-Parlament.
Apparti minn hekk, il-ġimgħa li għaddiet l-ex deputat tal-Labour Silvio Grixti ġie interrogat mill-Pulizija għat-tieni darba fejn rapporti indikaw li Grixti ġie interrogat b’rabta ma’ mijiet ta’ każi ta’ benefiċċji soċjali u ċertifikati frawdolenti li ngħataw lil numru kbir ta’ persuni fejn allegatament ġew msarrfa f’eluf ta’ ewro illeġittimi.
//= $special ?>