Lokali

Sirjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular u nofs

Sirjan ta’ 18-il sena residenti Birkirkara, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs
minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq Ġużeppi
Grech, Marsaxlokk.

Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza fejn ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.