Lokali Parlament

Adrian Delia jippreżenta l-fatti kif Vitals u Steward ingħataw €400 miljun


Meta kien qed jitkellem fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Adrian ta d-dettalji u ta kif il-gvern Laburista ta iktar minn €400 miljun lil Vitals u lil Steward. Dawn iċ-ċifri jirriżultaw minn informazzjoni li tirriżulta mir-rapport tal-Awditur Ġenerali u miċ-ċifri fil-budgets tal-istess gvern Laburista bejn l-2016 u l-2023.


Adrian Delia qal li l-gvern ma wera l-ebda rimors u m’għamel l-ebda apoloġija wara s-sentenza tal-Appell dwar l-isptarijiet. Il-Prim Ministru Robert Abela ma qal kważi xejn dwar l-akbar frodi li seħħ fil-pajjiż liema frodi jolqot lill-budget.


Il-Prim Ministru reġa’ għamel difiża lil Vitals u Steward fid-diskors tiegħu tal-budget, sostna Adrian Delia, li spjega kif il-Prim Ministru attakka wkoll lill-qrati. Il-Prim Ministru issa qed jiddefendi għal darb’oħra lil Steward u lil Vitals u qed jipprova jinganna lill-poplu billi jisfida lill-Oppożizzjoni biex issib lil xi ħadd irħas minn Steward biex għamel dak ix-xogħol.


Adrian Delia qal li l-Prim Ministru kien obbligat jgħid x’għamlu Vitals u Stewrad għaliex filf-att dawn m’għamlu xejn. Għaliex il-gvern ħallas meta ma kellux iħallas? Il-Prim Ministru reġa’ iġġustifika l-ħlasijiet li għamel il-gvern lil Vitals u Steward.


Dwar l-€400 miljun, Adrian Delia qal li fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-isptarijiet hemm speċifikat li fil-każ ta’ San Luqa jirriżulta li dan spiċċa abbandunat bla investiment.


L-Awditur Ġenerali stabilixxa li l-gvern kompla jħallas u jżid il-ħlasijiet lil Vitals u Steward sena fuq sena, bl-aktar ħlasijiet isiru taħt Robert Abela.


L-€400 miljun jirriżultaw minn ħlasijiet ta’ €267 miljun bejn l-2016 u l-2021 u €70 miljun u €80 miljun fiż-żewġ budgets ta’ wara. Dan flimkien ma’ ħlas ta’ €188 miljun bħala pagi.


Adrian Delia ta ċ-ċifri ta’ kemm ikunu ivvutati flus għal Vitals u Steward għal Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bejn l-2016 u l-2021. Jirriżutla li fl-2016 l-gvern tahom €16-il miljun, fl-2017 tahom €17-il miljun, fl-2018 tahom €36 miljun, fl-2019 tahom €42 miljun, fl-2020 tahom €46 miljun u fl-201 tahom €85 miljun.