Illum hija ġurnata deċiżiva fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball li qed isir hawn Malta, meta jintrebħu l-unuri ewlenin fil-kategoriji.
Mill-kategoriji individwali, Nick Muscat u Jake Castaldi għaddew għas-semifinali tal-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, l-istess kif għamel Steve Muscat fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena.
Shylon Attard ikkwalifika fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena filwaqt li Ryan Pisani wasal għal mal-aħħar erbgħa fis-sezzjoni tal-irġiel.
Tim Malta B u Tim Malta B1 jilagħbu l-kwarti tal-finali bejniethom sabiex ikun deciż min se jilgħab is-semifinali kontra l-Irlanda.
Eliminazzjoni tat-tim tan-nisa kif ukoll it-tim A ta’ taħt il-15-il sena wara li n-nisa Maltin tilfu 15-10 kontra Tim A Iskozja filwaqt li Tim A Malta Masters tilef 14-11 kontra l-Ingilterra.
Tim A Malta rġiel għeleb lil Ġibiltà 21-4, l-istess kif għamlu tim Malta A ta’ taħt it-18-il sena li għelbu lil Wales 18-7.
Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, Tim B Ingilterra għeleb lil Malta 15-0 filwaqt li tim B1 Malta għeleb lil Wales 9-6.
//= $special ?>