Lokali Parlament

Chris Fearne responsabbli għall-kontenut tal-kuntratti ma’ Vitals u Steward


Claudette Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne hu responsabbli għall-kontenut tal-kuntratti li saru ma’ Vitals u ma Steward għaliex kien hu li poġġiehom fil-parlament u għaliex kien hu li ġġustifikom meta dawn kellhom partijiet kbar minnhom mgħottija.


Claudette Buttigieg qalet li s-serq tal-isptarijiet kiin l-ikbar skandlu b’kollużjoni bejn il-gvern, Vitals u Oxley Group.


Hi qalet li d-Deputat Prim Ministru Chris Ferane għandu jispeċifika x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-ftehim wara li fil-bidu kien qal li dan hu ‘the real deal’ iżda l-Qorti iddikjarat li dan ma kienx ‘the real deal’; b’riferenza diretta għal Chris Fearne. Seba’ snin ilu, fl-2016, id-deputat Nazzjonalista qalet li kienet ħadet sehem f’dibattitu wara li Chris Fearne kien poġġa l-kuntratti tal-ftehim ma’ Vitals fuq il-medja tal-Kamra.
Il-fatti huma li dawn il-kuntratti kienu mimlijin paġni vojta u informazzjoni mneħħija fosthom kemm kellhom jinbnew kmamar tas-sodda; dan sar bi skop u apposta.


Hi sostniet li kienet Daphne Carauna Galizia li żvelat din l-istorja dwar Vitals u Steward. Dakinhar kont żammejt lil Chris Fearne responsabbli għall-kontenut tal-kuntratti iżda Chris Fearne kien daħak bil-poplu meta ammetta li kien jaf x’fihom il-partijiet moħbija, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li dan ipoġġi lil Chris Fearne responsabbli għall-kontenut ta’ dawn il-kuntratti.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li s-sid tal-kumpaniji li ngħataw l-isptarijiet Maltin kienet kumpanija fil-British Virgin Islands li dwarha ma kienx hemm informazzjoni.


Illum il-poplu jrid isir jaf x’seta’ jagħmel bl-€400 imiljun li nsterqu, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex l-istrateġija dwar id-dijabete toħroġ kemm jista’ jkun malajr.


Hi qalet li minkejja li daħħal il-Continuous Glucose Monitors dawn waqfu sal-età ta’ 35 sena. Illum l-anzjani li mhux ilaħħqu mal-ħajja ma’ jistgħux jużaw dan l-apparat għax il-gvern ipprefera jgħaddi flus il-poplu lil Vitals u Steward milli lil dawk bid-dijabete biex ikollhom kura aħjar.


Dwar il-mediċini ġodda, fosthom tal-kanċer, tal-qalb, tad-dijabete u diversi kundizzjonijiet oħra, hi qalet li fl-allokazzjoni għall-mediċini ġodda fl-2022 hemm budget ta’ €12-il miljun iżda nefqu biss €4.8 miljuni.
Fl-estimi għall-2023 kienu ivvutati €14-il miljun iżda l-gvern diġà qed jiddikjara li ma nefaqhomx għax ma nxtrawx mediċini ġodda u għaldaqstant għas-sena dieħla il-budget huwa ta’ €5 miljuni biss.


Dwar l-allokazzjoni għaċ-Chief Medical Officer Medicines fl-2022, minn budget ta’ €20 miljun, il-gvern nefaq ftit inqas minn €5 miljuni għall-mediċini ġodda. Fl-2023 reġa’ hemm l-avviż li n-nefqa żejda tal-Gvern se tittieħed minn hawn ukoll; in-nies ġew tallaba mal-Community Chest Fund.


Anki l-President George Vella, fl-10 ta’ April 2023, tkellem dwar in-nefqa tal-Malta Community Chest Fund għas-sena 2022 fuq mediċini fejn intefqu €20 miljun. Dan meta l-gvern nefaq inqas minn nofs dan l-ammont fuq mediċini ġodda.


Dan il-budget ma kellu ebda żieda fl-Outsourcing Waiting Lists for Medical Services u fl-Istrategy Obesity.
Dwar l-Ispecialised Prosthetic/Orthotic Service hi qalet li fi żmien gvern Nazzjonalista kien sar studju minn Cameron Rayner u kif jista’ jkun sostenibbli iżda l-gvern injorah.


Hi staqsiet fejn hi s-Sexual Health Policy meta l-gvern dejjem jgħid li din hi kważi lesta. L-aħħar Sexual Health Policy ħarġet kienet fl-2010 taħt gvern Nazzjonalista. Jirriżulta li fil-mard trasmess sesswalment, fl-2012 – kien hawn 348 każ waqt li fl-2002 kien hemm 1,039 każ.