Wara li fl-aħħar ġimgħat diversi Korpi Kostitwiti appellaw għal mudell ekonomiku ġdid, il-Prim Ministru Robert Abela kaxkar saqajh u qal li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba bil-mudell ekonomiku preżenti.
Mudell ekonomiku li wassal għal splużjoni fil-popolazzjoni b’diversi setturi jispiċċaw għarkuptejhom kif ukoll b’infrastruttura li mhux qed tlaħħaq.
Iżda t-Tlieta filgħaxija waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament Robert Abela iddeċieda li jieħu pass ieħor hekk kif sejjaħ lil dawk li jridu mudell ekonomiku ġdid bħala ‘dilettanti’.
Intant, matul il-jum tal-Erbgħa Net News saqsa dwar dan lill-Ministri fil-Kabinett ta’ Abela, bil-Ministru Clayton Bartolo jgħid li t-tkabbir ekonomiku ma jiġix biż-żieda fil-popolazzjoni.
Stqarrija li twassal għal perplessità enormi hekk kif dan il-mudell ekonomiku huwa proprju bbażżat fuq iż-żieda fil-popolazzjoni – mudell ekonomiku xprunat minn Joseph Muscat u sussegwentament minn Robert Abela b’wieħed mill-uċuħ ewlenin tiegħu kien proprju l-issa Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.
Mudell ekonomiku li dak iż-żmien skont l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien ibbażat fuq il-barranin jekk il-Maltin u l-Għawdxin xtaqu l-pensjoni.
Iżda imbagħad minn naħa l-oħra l-Ministru Michael Falzon iddeċieda li jaħrab milli jwieġeb filwaqt li qal li l-mudell ekonomiku li jħaddem pajjiżna serva sew.
//= $special ?>