Qormi Daikin, champions tal-aħħar Kampjonat tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-hockey bdew bl-aħjar mod l-istaġun 2023-24 meta fl-ewwel partita taċ-Challenge Cup iddominaw u għelbu lil White Hart 9-0.
Kif jindika l-iskor, it-tim immexxi minn Andre Ghio iddomina għal kollox il-partita fejn skorja f’kull quarter. Il-captain Steve Tanti u ż-żagħżugħ Nathan Pace Gasan kienu protagonisti meta skorjaw tliet gowls kull wieħed.
Daniel Ellul, Wyatt Magri u Julian Zahra skorjaw il-bqija tal-gowls għal Qormi Daikin. Umpires tal-partita kienu Edward Hughes u James Mizzi.
GREE Żurrieq Hotsticks kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta għelbu lil Trust Payments Floriana Young Stars 2-0. Bħal dejjem konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet ikun dejjem ibbilanċjat fejn dan kien evidenti fil-konfront li baqa’ indeċiż sal-aħħar. Zurrieq skorjaw gowl fit-tieni u ieħor fit-tielet quarter permezz ta’ Shaun Grima u Alessandro Amore. Umpires tal-partita kienu Keith Calleja u Paul Brincat
//= $special ?>