Lokali

Il-gvern jinjora l-problema kbira tal-obeżità


Graham Bencini, PN


Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal fil-parlament li l-gvern qed jinjora l-problema kbira tal-obeżità.


Hu qal li Malta għandha l-ogħla rata ta’ obeżità fl-UE fejn jirriżulta li 29% tal-poplu huma obeżi; dan jammonta għal madwar 160,000 persuna. Skont rapport tal-WHO, 40% tat-tfal Maltin u 36% tal-adolexxenti huma obeżi.

Din il-poblema qed tkopmpli tiggrava tant li hu proġettat li sal-2030, aktar minn terz tal-poplu se jkun f’riskju tal-obeżi. Dan jammonta għal 180,000 persuna. Din hi statistika inkwetanti ħafna għaliex tirrigwardja s-saħħa tal-poplu Malti.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ma ta l-ebda importanza lill-ġlieda kontra l-obeżità u alloka biss €80,000 għal strateġija nazzjonali; l-istess ammont bħal ta’ qabel li minnhom nefaq biss €68,000.


Dan meta s-sitwazzjoni hi allarmanti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din l-allokazzjoni tammonta għal 50 ċenteżmu kull persuna fis-sena. Din hi redikola, sostna Graham Bencini, li qal li fejn ried u għal min ried – bħal Steward – il-gvern sab €400 miljun.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li anki l-NAO qal li hu inkwetat fuq in-nuqqas ta’ azzjoni mill-gvern fil-ġlieda kontra l-obeżità. Hu appella għal programm intensiv ta’ edukazzjoni, jsiru kampanji biex in-nies jieklu ikel aħjar, issir strateġija nazzjonali tas-saħħa b’enfasi fuq l-obeżità, jingħata sussidju għal ikel aħjar u żieda fl-attività fiżika.