Fl-aħħar sigħat spikka l-eżodu ta’ eluf ta’ Palestinjani mit-Tramuntana ta’ Gaza huma u jaqsmu lejn l-artijiet tan-nofsinar ta’ din iz-zona ta’ territorji fejn it-terroristi tal-Ħamas, bħalissa, qegħdin jirreżistu għall-offensiva kbira mill-qawwiet ta’ Iżrael.
L-aħħar rapporti, issa, qalu li l-militar Iżraeljan qed jikkonsolida l-pożizzjonjiet fil-qalba tal-Belt ta’ Gaza fejn mifhum li hemm l-akbar network ta’ bażijiet tal-Ħamas – ħafna minnhom f’labirint ta’ mini taħt l-art.
Sadanittant, ir-rotot – għall-ħames jum konsekuttiv– baqgħu miftuħin għall-familji Palestinjani li nqabdu fl-eqqel tal-gwerra u li qed jagħmlu minn kollox biex jirrilokaw lejn artijiet aktar sikuri.
Iżda waqt li eluf ta’ Palestinjani qed jirrispettaw it-twissijiet tal-Armata Palestinjana biex jitilqu mit-Tramuntana ta’ Gaza, għad fadal il-mijiet tal-eluf tal-familji maqbudin ‘f’art ta’ ħadd’ u li kuljum jinsabu suġġetti għall-bombi u l-missili tal-Iżraeljani.
Fil-fatt, l-awtoritajiet immexxija mill-Ħamas f’Gaza qalu li fadal mas-600, 000 persuna fin-naħat ta’ fuq ta’ Gaza…Inħawi li baqgħu mira ewlenija tal-Armata Iżraeljana minħabba l-konċentrazzjoni kbir ta’ terroristi fl-istess zona.
L-offensiva kbira hi parti mir-ritaljazzjoni ‘storika’ ta’ Iżrael għall-massakri tas-7 ta’ Ottubru, fejn it-terroristi tal-Ħamas kienu nvadew il-komunitajiet Iżraeljani biex ibiċċru u joqtlu l-eluf tal-familji – tfal inklużi.Atroċità li għaliha – u fi kliem il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu – il-Ħamas għad irid iħallas ‘prezz qares’.
//= $special ?>