Lokali Saħħa

Il-poplu Malti u Għawdxi jeħtieġlu li jingħata l-€400 miljun lura – PN

“Minkejja l-kliem fieragħ, il-Gvern għadu ma rebaħ xejn għax mhux talli għadu ma ġabx lura l-€400 miljun, talli l-Gvern ta’ Robert Abela għadu lanqas  biss beda jipprova jagħmel xi ħaġa biex iġib lura l-miljuni ta’ ewro.”

Sostna dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ppubblikata l-Erbgħa waranofsinhar hekk kif insista li l-poplu għadu qed jistenna li Robert Abela jiftaħ il-kawża biex iġib lura l-€400 miljun li hu u Joseph Muscat tawhom f’dawn is-snin.

Il-Partit Nazzjonalista insista li l-isptarijiet jinsabu lura f’idejn il-Maltin u l-Għawdxin grazzi għall-Partit Nazzjonalista, fejn irriżulta li l-Gvern kien f’konfoffa ma’ tal-Vitals u ta’ Steward.

Madanakollu intqalu li issa, hu biss Robert Abela li jista’ jiftaħ il-kawża biex iġib l-€400 miljun lura.

Dan filwaqt li staqsew b’mod inevitabbli x’qed jistenna Robert Abela biex jiftaħ din il-kawża u lil min qed jiddefendi?