Sport Waterpolo

It-tieni rebħa għal San Ġiljan u Sirens fl-Enemed Cup

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 23

VALLETTA IZIBET………………… 4

(5-1), (9-1), (6-1), (3-1)

San Ġiljan JP Projects ma sabux diffikultà biex għelbu lil Valletta Izibet u kisbu t-tieni rebħa. Logħba bla storja li fiha ħarġet id-differenza bejn iż-żewġ timijiet, anki jekk il-plejers ta’ Valletta wettqu żbalji individwali li fissru distakk akbar fir-riżultat finali.

Il-Ġiljaniżi ħadu r-riedni tal-logħba mill-bidu u kisbu vantaġġ ta’ 5-1, b’Matthew Zammit jiskorja doppjetta. Id-distakk kompla jikber wara li Matthew Mifsud kien naqqas id-distakk għal Valletta. Fit-tieni sessjoni spikka Andreas Galea li skorja erba’ gowls.

Sitt gowls oħra għal San Ġiljan fit-tielet sessjoni kabbru l-vantaġġ għal 20-3, b’Kieyan Borg iwaqqaf is-sensiela ta’ 12-il gowl tal-Ġiljaniżi minn penalty. Fl-aħħar sessjoni, Borg skorja r-raba’ gowl ta’ Valletta minn man-up, b’San Ġiljan għalqu l-logħba bi tliet gowls fit-tieni parti tas-sessjoni.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (7), N. Bonavia (1), R. Caruana, M. Zammit (3), J. Bonavia (3), D. Tully, J. Abela (1), N. Zammit (5), D. Zammit (2), N. Schiavone (1), G. Borg, A. Formosa

Valletta: B. Busuttil, S. Mallia, C. Cutajar, J. Farrugia, S. Busuttil, M. Demarco, M. Mifsud (2), J. Saliba, K. Borg (2), A. Agius, J. Culic, K. Cremona, A. Bugeja

Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri

MARSASKALA ESC……… 13

SIRENS………………………… 18

(4-6), (2-2), (3-6), (4-4)

It-tieni rebħa konsekuttiva għal Sirens wara dik miksuba l-Ħadd li għadda kontra Neptunes. Tliet punti li waslu meritatament anki jekk Marsaskala offrew sfida f’partijiet tal-logħba mingħajr qatt ħadu l-vantaġġ.

Żewġ gowls bikrin għenu lil Sirens jieħdu l-vantaġġ, liema distakk żammewh sa tmiem l-ewwel sessjoni minħabba li Marsaskala wieġbu erba’ darbiet wara l-gowls tal-avversarji.

Sa mumenti fil-bidu tat-tielet sessjoni, il-vantaġġ ta’ Sirens kien 9-8. Gowls ta’ Matthew Chircop u Isaiah Riolo kabbru l-vantaġġ, Gerald Sammut naqqas id-distakk sakemm tliet gowls oħra aċċertaw ir-rebħa għal Sirens. It-tim ta’ Ranko Perovic kompla jikkontrolla fl-aħħar sessjoni, b’Peter Borg u Thomas Perici Ferrante jissiġillaw ir-rebħa lejn it-tmiem.

Marsaskala: A. Muscat, G. Bonavia, G. Galea, J. Pace Mizzi, R. Greco (3), M. Agius, K. Navarro (1), M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut (2), J. Ciantar (3), M. Carani (4), M. Borg, L. Montebello Brownrigg, J. Colombo

Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino, K. Erdogan (3), P. Borg (2), J. Zerafa Gregory, J. Cachia, M. Chircop (3), I. Riolo (1), W. Ruggier, G. Farrugia (2), T. Perici Ferrante (1), M. Azzopardi (3), I. Schembri, M. Ortoleva (3), M. Farrugia

Referees: Stefan Licari, Alex de Raffaele

Logħob li jmiss

Is-Sibt 11 ta’ Novembru

Neptunes v Exiles 2.30pm, Marsaskala v Valletta 3.40pm, Birżebbuġa v San Ġiljan 4.50pm, Sirens v Sliema 6.00pm