Raġel ta’ 62 sena, mingħajr indirizz fiss ġie mixli quddiem il-Maġistrat Abigail Critien li b’sikkina agredixxa lir-raġel ta’ oħt il-mara tiegħu fil-Mosta. Joseph Cutajar wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Huwa ġie mixli li wettaq dan ir-reat fis-7 ta’ Ottubru li għadda wara nofs inhar f’appartament fi Triq EB Vella u dan mingħajr il-ħsieb li joqtol lill-allegat vittma fejn kkaġunalu ferita ħafifa bi strument li jaqta’ u bil-ponta.
Huwa ġie mixli wkoll li żamm sikkina mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija. L-Ispettur Roderick Attard li ressaq lir-raġel qal li l-Pulizija rċeviet rapport li kienet qed iseħħ ġlieda fil-Mosta li wara rriżulta li ma kienet ġlieda xejn iżda agressjoni fuq persuna.
Huwa qal li l-akkużat wara ttieħed l-isptar Monte Carmeli għall-kura u għaldaqstant ingħata l-police bail. L-Avukat Alex Scerri Herrera qal li ma kienx qed jagħmel talba għall-pleġġ iżda li l-Qorti terġa’ tingħatu l-isptar Monte Carmeli għax għandu bżonn il-kura fuq problemi ta’ saħħa mentali.
Għaldaqstant qal l-Avukat għandu jitqiegħed fil-forensic unit invista tal-kundizzjoni medika tiegħu. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal dan il-fatt bil-Qorti tgħid li f’dan l-istadju tista’ biss tirrakkomanda dan lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kif fil-fatt għamlet.
//= $special ?>