Raġel ta’ 57 sena, residenti San Pawl il-Baħar weġġa serjament wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ illum, fid-09:30 ta’ filgħodu, fi Triq Santu Rokku, il-Kalkara.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ta lil-ħaddiem l-għajnuna medika, wara ftit ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Abigail Crtitien kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.