Raġel ta’ 54 sena weġġa’ gravi wara ħabta bejn karrozza u mutur f’ San Ġwann.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-0800 fi Triq R.Caruana Dingli, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn van Toyota Regius misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti Marsaskala u mutur Honda misjuq mill-vittma, residenti s-Siġġiewi
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>