“Għandna Gvern li ppreżenta Budget mingħajr viżjoni fit-tul, u li ma jolqotx il-bżonnijiet il-kbar tan-nies. Li ma nvestix biżżejjed fir-riżorsi umani li pajjiżna għandu bżonn fil-kura tas-saħħa kemm fiżika kif ukoll mentali.”
Kien dan is-sentiment ewlieni tal-Kelliem tal-PN għas-Saħħa, Stephen Spiteri u l-Kelliem tal-PN għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali, Ian Vassallo waqt li kienu qed jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali.
Stephen Spiteri qal li ilna tmien snin mingħajr investiment fl-isptarijiet ta’ pajjiżna. U dan għaliex il-Gvern ta’ Robert Abela kien f’kolluzjoni ma’ Vitals u Steward fejn kaġun ta’ hekk mhux biss ma kelniex servizz xieraq għal Maltin u l-Għawdxin, talli kellna wkoll ħaddiema profesjonisti li ma kinux stmati kif suppost u kellhom kundizzjonijiet differenti.
Stephen Spiteri saħaq li l-popolazzjoni ta’ pajjiżna kibret wisq biex nibqgħu niddependu biss fuq sptar wieħed, tant li wasalna f’sitwazzjoni fejn l-Isptar Mater Dei qed jgħereq u kien għalhekk li l-Isptar San Luqa kellu jkun ta’ spalla… liem sitwazzjoni f’dan l-istess sptar spiċċat tal-biki, sptar mitluq taħt il-Gvern ta’ Robert Abela.
Stephen Spiteri qal kif għal dawk l-aħħar xhur rajna sitwazzjoni fejn għandna listi twal ta’ nies li jridu jagħmlu opperazzjoni pero jkollhom jistennew xhur twal, filwaqt li dawk li għandhom bżonn operazzjonijiet żgħar qed jintesew għal kollox.
Barra minn hekk għanda l-Isptar Monte Carmeli li mhux jiffunzjoni u sptar li qed jintuża anka biex jagħti kura liż-żgħażagħ li għandhom dipendenza fuq id-droga.
Minn naħa tiegħu, Ian Vassallo saħaq li ma jistax ikun li jkollna persuni li għandhom bżonn kura għas-saħħa mentali u jkollhom jistennew biex jngħataw l-għajnuna.
Ian Vassallo qal li hemm investiment li ma setax issir għax il-Gvern ta’ Robert Abela berbaq il-flus tal-poplu Malti u Għawdxi meta daħal f’deal frawdolenti ma’ Vitals u Steward.
Id-Deputat Nazzjonalista spjega kif fil-preżent għandna 9,200 ruħ jistennew MRI, 4,500 persuna jistennew CT scan, 420 persuna jistennew biex issirilhom l-opperazzjoni tal-kattarareti u 1,300 persuna jistennew knee replacement.
Vassallo saħħaq li ma jistax ikun li jkolna persuni li għandhom bżonn kura għas -saħħa mentali li jkollhom jistennew biex jnghataw l-għajnuna.
Pajjiżna jixraqlu ħaddiema li jagħtu servizz ta’ kwalità li jafu jitkellmu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż
Pajjiżna jixraqlu ħaddiema li jagħtu servizz ta’ kwalità li jafu jitkellmu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u Partit Nazzjonalista fil-Gvern ser ikun qed jinvesti flus il-poplu Malti u Għawdxi fejn suppost.
Hija inaċċettabli, kompla jgħid Vassallo li f’pajji’na qedin f’sitwazzjoni fejn għandna mediċina tas-saħħa mentali out of stock u mediċini tas-saħħa mentali inferjuri. U hija tal-mistħija li pajjiżna jinsab l-aħħar fl-indiċi tal-unjoni Ewropea fuq mediċini ġodda.
Partit Nazzjonalista fil-Gvern jara li ma jħallix lil-Isptar San Luqa jaqa fi stat gravi, waqt li jinvesti fi sptar tas-saħħa mentali li jofri servizz ta emerġenza kif ukoll għajnuna għal saħħa mentali akkuta
//= $special ?>