Il-militar ta’ Iżrael ikkonferma li ħataf il-kontroll ta’ fortizza ewlenija tal-grupp Ħamas f’Jabalia, lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Gaza …Tragward li qed jissemma bħala l-akbar suċċess militari għal Iżrael mindu t-truppi tiegħu, jiem ilu, invadew l-artijiet ta’ Gaza amministrati mit-terroristi Iżlamiċi.
Iżrael, fl-aħħar ta’ Ottubru, kien wissa li kellu ‘jespandi l-operat militari’ f’Gaza bħala fażi kruċjali tal-gwerra mal-Ħamas…Gwerra li segwiet l-inkursjonijiet f’Iżrael mill-‘iskwadri tal-mewt tal-Ħamas’ u li, fis-7 ta’ Ottubru, wettqu l-akbar massakru ta’ ċivili Iżraeljani għal għexieren ta’ snin.
L-ajruplani tal-gwerra Iżraeljani, sadanittant, ibbumbardjaw inħawi speċifiċi fil-madwar ta’ Gaza u fl-inħawi ta’ Khan Younis, fost rapporti li mietu numru mhux determinat ta’ ċivili Palestinjani.
L-Armata ta’ Iżrael , għadha qed tiċċirkonda lill-Belt ta’ Gaza fost l-għeluq tal-aċċessi minfejn jistgħu jaħarbu t-terroristi li qed jinfiltraw mal-poplu ċivili Palestinjani residenti hemmhekk.
Fl-aħħar sigħat ukoll kienu għaddejjin il-battalji kbar f’zona qrib l-Isptar ta’ Al Quds fil-Belt ta’ Gaza. L-indikazzjonijiet qed jikbru li t-terroristi tal-Ħamas għandhom network ta’ mini taħt dan l-isptar u li huma qed jużawhom biex jattakkaw lill-Iżraeljani. Dan ukoll meta t-tankijiet tal-gwerra ta’ Iżrael kienu viċin ħafna tal-kumpless inkwistjoni fost il-ġlied kontinwu.
Kien diffiċli li xi ħadd ikollu l-komunikazzjonijet ċari mal-inħawi dominati bil-battalji – u meta l-artillerija, il-qawwiet tal-ajru u l-qawwiet tal-baħar Iżraeljani żiedu l-bumbardamenti fuq il-bini fil-qalba ta’ Gaza li jingħad huma moħbiet tat-terroristi.
Fl-istess ħin, kelliema għall-Armata Iżraeljana konfermaw li hemm anki ‘il-pawżiet fil-ġlied’ f’xi zoni ta’ Gaza biex l-għajnuna umanitarja tkun tista’ tasal għand ir-residenti ċivili.
//= $special ?>