Skond id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali l-ilma baħar fil-lokalità Tax-Xama u Tal-Għażżenin fil bajja ta’ San Pawl huwa mill-ġdid tajjeb għall-ghawn.
Wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija
mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq wrau.ehd@gov.mt.