Internazzjonali

Il-Lvant Nofsani: Il-Ħamas u Iżrael akkużati b’reati tal-gwerra

Volker Türk, il-Kummissarju tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet Umani, qed jgħid li l-Iżraeljani u daqstant ieħor it-terroristi tal-Ħamas wettqu r-reati tal-gwerra, waqt l-aħħar jiem u ġimgħat tal-konflitt fil-Lvant Nofsani.

Eżampji ta’ dawn huma z-zamma tal-ostaġġi Iżraeljani mill-Ħamas u l-azzjonijiet militari ta’ Iżrael li qed jissarrfu f’’piena kollettiva’ għall-poplu Palestinjan.

L-użu tal-ostaġġi hu projbit mir-regoli tal-gwerra skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra. Dan ukoll meta l-pajjiżi involuti f’xi konflitt ma jistgħux jirrilokaw bil-forza l-poplu ċivili ta’ territorju li jispiċċa okkupat mill-qawwiet tagħhom.

Il-Ministeru tas-Saħħa tal-Ħamas f’Gaza, fl-aħħar sigħat, qal li l-vittmi Palestinjani fit-territorju qabżu l-11,000 mindu Iżrael beda bis-sensiela ta’ bumbardamenti, fil-bidu tax-xahar li għadda.Dan meta l-Ħamas qed jinsisti biex il-Palestinjani midruba jitħallew jitilqu minn Gaza — l-istess bħall-barranin li  jipproduċu l-passaporti bħala konferma taċ-ċittadinanza tagħhom.