L-impatt tal-konflitt f’Gaza qed jinħass ukoll fix-Xatt tal-Punent u meta fil-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis inqatlu madwar għaxar Palestinjani waqt ir-rejds tal-qawwiet Iżraeljani fil-belt ta’Jenin.
Il-militar Iżraeljan ikkonferma li qed iwettaq ir-rejds għal kontra t-terroristi f’Jenin u fi bnadi oħra tax-Xatt tal-Punent – bir-rapporti jsostnu li s-suldati rnexxielhom jeqirdu u jikkonfiskaw kwantità kbira ta’ armamenti.
Mill-bidu ta’ din il-gwerra bejn Iżrael u l-Ħamas, il-qawwiet Iżraeljani qatlu ‘il fuq minn 150 Palestinjan – inklużi 44 tifel u tifla – fix-Xatt tal-Punent. Dan skont l-istatistika provduta mill-Uffiċċju OCHA tan-Nazzjonijiet Uniti nkarigata mill-affarijiet umanitarji.
//= $special ?>